STRUZZJONI TA’ MUNTAR GĦAT-TIPI KOLLHA TA’ PADS TAL-BREJKIJIET RILEVANTI GĦALL-APPROVAZZJONI ECE R90 GĦALL-BREJK PADS TAL-MARKA SBS.

Anness 6: Istruzzjonijiet għall-Armar

Tip: It-tipi kollha ta’ pads tal-brejkijiet 

 

  1. NADDAF IL-KALIPER TAL-BREJK MINN ĠEWWA
    Naddaf bl-arja kkompressata, biex teħles mit-trab tal-brejk akkumulat. Agħmel din il-biċċa xogħol barra u ilbes maskra u nuċċali ta’ protezzjoni.   

  2. IĊĊEKKJA JEKK HUX QED INIXXI XI FLUWIDU MILL-BREJKIJIET
    Iċċekkja madwar il-pistuni fil-kaliper tiegħek u ċċekkja li l-brejkijiet mhumiex jorbtu meta ddawwar ir-rota. Ir-rota għandha ddur liberament. Jekk hemm xi nixxija jew il-brejkijiet qed jorbtu, ikun wasal iż-żmien li l-kalipers tal-brejkijiet jinbiddlu ma’ pistuni, siġilli, pinnijiet sliding, boots eċċ. ġodda.

  3. KUN ĊERT LI L-FLUWIDI TAL-BREJKIJIET ĠEW SOSTITWITI SKONT IR-RAKKOMANDAZZJONI TAL-INTERVALLI
    Maż-żmien il-fluwidu tal-brejkijiet jassorbi l-ilma, li jista’ jwassal biex il-brejkijiet ma jibqgħux jaħdmu sew! Jekk il-fluwidu ma nbidilx għal żmien twil jew issuq b’mod aggressiv, huwa dejjem aħjar li tbiddel il-fluwidu aktar spiss milli tirriskja li taħbat minħabba li l-brejkijiet ma jibqgħux jaħdmu.

  4. IĊĊEKKJA LI D-DISKI TAL-BREJKIJIET U L-PADS TAL-BREJKIJIET MA SPIĊĊAWX
    Il-ħxuna minima tad-diska hija ġeneralment stampata jew imnaqqxa fuq id-diska tal-brejk.
    Jekk le ara l-manwal tas-servizz tiegħek. Jekk id-diski jidhru wżati ħafna, nirrakkomandaw li tbiddel il-pads tal-brejkijiet meta twaħħal diski ġodda. Jekk jogħġbok ikkuntattja lin-negozjant lokali tiegħek biex tbiddel id-diski u l-pads."

  5. IĊĊEKKJA D-DISINN TAL-GRUVS TAL-PADS TAL-BREJKIJIET
    Jekk m'hemmx gruvs fil-wiċċ tal-pads tal-brejkijiet uża kaliper vernier biex tkejjel il-ħxuna tal-pad tal-brejk minn diversi partijiet. L-għoli tal-materjal tal-frizzjoni ('il fuq mill-pjanċa tal-azzar ta’ wara) għandu jkun mill-inqas 1,5 mm. Jekk il-pads tal-brejkijiet spiċċaw ‘l isfel mid-disinn tal-gruvs, ikun wasal iż-żmien li n-negozjant lokali tiegħek jibdilhomlok.

  6. META TBIDDEL IL-PADS TAL-BREJKIJIET
    Jekk jogħġbok ftakar dejjem biex tagħfas il-lieva tal-brejk/ il-pedala għal ftit drabi sakemm tħoss kuntatt qabel ma ssuq.

Dejjem nirrakkomandaw li titlob l-assistenza minn workshop awtorizzat